Il-Knisja tgħid li l-proġett tal-korsa tal-karozzi għandu jitwarrab – One News

Notifiki

Il-Knisja tgħid li l-proġett tal-korsa tal-karozzi għandu jitwarrab

Il-Kurja tgħid li għandu jitwarrab il-proġett tal-korsa tal-karozzi ġewwa Ta’ Qali, u minflok jitħawlu iktar siġar biex jissaħħaħ il-karattru ta’ din il-medda ta’ art bħala art għar-rikreazzjoni.

Fi stqarrija l-Kurja appellat lill-Gvern biex jerġa’ lura minn dan il-pjan. “Ta’ Qali għandu jiġi mħares bħala żona ewlenija ta’ rikreazzjoni qalb is-siġar u n-natura għall-familji. Iżda jidher li f’dan il-proċess ta’ għażla, xejn ma ġie ikkunsidrat l-impatt li dan il-progett jista’ jkollu fuq il-karattru ta’ din iż-żona ta’ rikreazzjoni. L-argument li dan il-proġett ser ikollu aspetti “edukattivi” ma jiġġustifikahx.”

Il-Kurja żidet tgħid li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Rizorsi għandha tħejji lista ta’ siti f’żoni urbani li jinkludu siġar li jagħtu karattru speċjali lil dawn is-siti, iitħawlu siġar f’ambjenti urbani u tiġi emendata l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni tal-Iżvilupp kif ukoll li taħwil ta’ siġar ikun inkluż fil-bini ta’ toroq li ser ikunu mibnija mill-ġdid matul is-seba’ snin li ġejjin skont il-pjan tal-Gvern ta’ €700 miljun.

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent innotat b’sodisfazzjon li l-Gvern beda kampanja ta’ tħawwil ta’ siġar f’Kemmuna u f’partijiet oħra tal-gżejjer Maltin. “Din id-deċiżjoni hija ta’ min ifaħħarha. Il-KA tittama u tawgura li l-Gvern mhux biss iżomm, imma jsaħħaħ l-impenn tiegħu f’dan ir-rigward, u li jimpenja l-aktar nies kwalifikati fil-qasam. Il-KA tittama wkoll li jiżdiedu ż-żoni li fihom issir afforestazzjoni.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend