Jammetti reati li għamel kontra l-ġenituri tiegħu – One News

Notifiki

Jammetti reati li għamel kontra l-ġenituri tiegħu

Żagħżugħ ta’ 21 sena li għamel sensiela ta’ reati kontra l-ġenituri tiegħu ingħata probation.

Tristan Tedesco nstab ħati li seraq lil ommu u anki heddidha permezz ta’ telefonati u messaġġi.

Saħansitra f’Mejju li għadda kien arrestat u ħarab mill-għassa tal-Ħamrun.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qieset il-kondotta ta’ Tedesco u talbitu biex jieħu t-trattament meħtieġ.

Fil-Qorti spikkat ukoll id-dikjarazzjoni tal-ġenituri tal-imputat li b’qalbhom maqsuma qalu li riedu jkomplu bil-każ ta’ binhom fil-Qorti ħalli dan jirriforma ruħu.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend