Ix-xogħol fuq is-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat miexi sew – One News

Notifiki

Ix-xogħol fuq is-saqaf tal-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat miexi sew

Ix-xogħol fuq is-saqaf tal-Knisju ta’ Ġieżu fir-Rabat miexi sew dan hekk kif bħal-lum ġimgħa seħħet ħerba, fejn fil-ħemda ta’ matul il-lejl sfronda s-saqaf tal-knisja.

Bħalissa bdew jiżżarmaw it-travi li kien għad fadal fejn se jinbena saqaf temporanju sakemm jiġu konklużi l-istudji biex jiġi skopert jekk il-ħolma ta’ diversi Rabtin li tinbena koppja tistax issir realtà.

Permezz ta’ messaġġ ta’ ringrazzjament fuq il-paġna ta’ Facebook, il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġieżu rringrazzjat lil kulħadd li b’xi mod kienu ta’ xi għajnuna.

Sostnew li huma jħossuhom ftit aħjar, konxji li din mhix ħolma kerha imma realtà.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend