Titħabbar il-lista ta’ finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – One News

Notifiki

Titħabbar il-lista ta’ finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Fi stqarrija l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar l-bord tal-aġġudikazzjoni tal-edizzjoni tal-2017 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka (għall-kotba ppubblikati fl-2016) għażel u kkomunika l-lista ta’ finalisti. Il-proċess ta’ għażla beda fil-25 ta’ April ta’ din is-sena b’numru rekord ta’ sottomissjonijiet, li minnhom intgħażlu b’kollox 35 finalist. Kif isir is-soltu, qed nippubblikaw il-lista ta’ finalisti għall-benefiċċju tal-pubbliku, li hu rakkomandat li jieħu nota tal-kotba li jidhru fil-lista minħabba li dawn jistgħu jitqiesu fost l-aħjar pubblikazzjonijiet lokali għas-sena 2016. Se jkun hemm aktar notifiki tal-lista fuq il-gazzetti u l-media soċjali.

L-KNK fakkar lill-pubbliku li kien hemm reviżjoni fil-kategoriji tal-Premju tal-Ktieb bir-riżultat li l-kategorija tar-Riċerka Storjografika issa ġiet estiża għar-Riċerka Bijografika u Storjografika. Barra minn hekk, il-kriterji tat-traduzzjoni ġew modifikati sabiex jingħataw iktar punti għall-merti tat-traduzzjoni milli għall-għażla tax-xogħol għat-traduzzjoni. Dan jgħodd kemm għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka

Bil-pubblikazzjoni tal-lista tal-finalisti, it-tieni fażi tal-proċess ta’ għażla tintemm. Fil-fażi li jmiss, il-bord tal-aġġudikazzjoni se jagħżel ir-rebbieħa tal-Premju tal-Ktieb għal kull kategorija separata kemm fil-letteratura għall-adulti (Premju Nazzjonali tal-Ktieb) kif ukoll fil-letteratura tat-tfal (Premju Terramaxka). Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka se jitħabbru nhar it-Tlieta 7 ta’ Novembru f’ċerimonja magħluqa fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran fl-ewwel jum tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017. Ir-rebbieħa tal-Premju tal-Ktieb se jitħabbru aktar tard, f’Diċembru, waqt ċerimonja li ssir fil-Berġa ta’ Kastilja taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru.

 

 

PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB: LISTA TAL-FINALISTI 2017

 

Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż

The Confectioner’s Daughter ta’ Lou Drofenik (Horizons)

Shadows in Penumbra ta’ Lillian Sciberras (Horizons)

Fid-dlam tal-lejl ħarisna ta’ Immanuel Mifsud (Klabb Kotba Maltin)

Nex ta’ Mark Camilleri (Merlin Publishers)

 

Novelli bil-Malti u bl-Ingliż

Western: bejn rakkonti, bejn divertimenti ta’ Alfred Sant (SKS Publishers)

Awguri, Giovanni Bonello! Ta’ Chris Gruppetta (Editur) (Merlin Publishers)

Stejjer veri li qatt ma ġraw ta’ Charles Casha (Klabb Kotba Maltin)

Mhux nies ta’ Jean Paul Borg (Klabb Kotba Maltin)

 

 

Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż

Who looks at the sun anymore ta’ Kenneth Wain (Horizons)

“Ħuta” ta’ Immanuel Mifsud (Klabb Kotba Maltin)

Nartiċi ta’ Norbert Bugeja (Klabb Kotba Maltin)

 

Drama

L-ebda ktieb ma għadda għal fażi finali

 

 

Traduzzjoni

Marcel Proust: ‘Għat-tfittxija taż-żmien mitluf: Mix-xaqliba ta’ Dar Swann ta’ Paul Zahra

Il-maħbub ta’ Lady Chatterley ta’ Alfred Palma (Horizons)

 

 

Riċerka Bijografika u Storjografika

The great Maltese Composers: Historical context, lives and works ta’ Joseph Vella Bondin (APS Bank Ltd.)

L-Iżvilupp tal-Edukazzjoni ta’ Joseph A. Xerri (SKS Publishers)

The Pre-Siege Maps of Malta: Second Century AD – 1674 ta’ Albert Ganado and Joseph Schiro’ (BDL)

The Fleet of the Knights of Malta: Its organisation during the eighteenth century ta’ Joseph F. Grima (BDL)

Waking the dead: nineteenth century obituaries of amirror of Maltese Society (1815-c.1910) ta’ Michael Refalo (BDL)

Kissing the Gallows ta’ William Zammit (BDL)

Remembering  Rediffusion in Malta ta’ Toni Sant (Midsea Books Ltd.)

Nation, Pride and Dignity ta’ Joseph M. Pirotta (Midsea Books Ltd.)

Min qatel il-Patri? Ta’ Mark Montebello and Marlene Mifsud Chircop (Klabb Kotba Maltin)

Photography in Malta: the history & the Protagonists ta’ Kevin Casha (APS Bank Ltd.)

Filial Churches in Malta: Qormi: a case study ta’ Hilary Spiteri (Horizons)

Treasures of Faith ta’ Edgar Vella (Midsea Books Ltd.)

 

 

Riċerka ta’ Natura Ġenerali

Maltese plants in the Bible ta’ Peter Calamatta

Vanishing Malta: Raising Consciousness on safeguarding Malta’s Legacy ta’ Kevin Casha (APS Bank Ltd.)

The road less travelled of a Scientist and Priest: Pierre Teilhard De Chardin ta’ Mary Anne Sultana

Rescur nirkbu l-mewġ tal-ħajja (Vol.1 – 5)  ta’ Carmel Cefai, Paul Bartolo and Katya Galea (Ċentru Reżiljena u Saħħa Soċjo Emozzjonali UOM)

Anna tal-Esseni ta’ Emanuel J. Casingena (Horizons)

Contemporary Architecture in Malta  ta’ Conrad Thake (Kite Group)

A commentary on the Constitution of Malta ta’ Tonio Borg (Kite Group)

The Maltese Village Festa: a tradiitonal yearly ritual ta’ Patrick J. Fenech (BDL)

 

 

PREMJU TERRAMAXKA: LISTA TAL-FINALISTI 2017

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-tfal (Etajiet 0-7)

Wherever could they be? Fejn setgħu qegħdin  ta’ Naomi Gatt (Horizons)

Il-qtates ta’ max-xatt  ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

Fil-kamra ta’ Jonas ta’ Emanuel (Noel) Tanti (Merlin Publishers)

 

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għat-tfal (Etajiet 8-12)

Żiffa mqarba f’Ħal Buffura ta’ Rita Saliba (BDL)

Il-każ tas-serqiet strambi ta’ John A. Bonello (Merlin Publishers)

Stejjer ma jitwemmnux mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipinġini ta’ Audrey Friggieri (Merlin Publishers)

Arloġġ u tila ta’ Roberta Bajada (Merlin Publishers)

 

Xogħlijiet Oriġinali: Kotba għall-Adolexxenti (Etajiet 13-16)

Fittixni ta’ Antoinette Borg  (Merlin Publishers)

 

Traduzzjoni: Kotba għat-tfal (Etajiet 0-7)

Inħobbok ta’ Leanne Ellul (Merlin Publishers)

Lupu Lupettu jżur il-Foresta tal-Ħrejjef ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

Lupu Lupettu jinvestiga l-mużew ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

 

Traduzzjoni: Kotba għat-tfal (Etajiet 8-12)

Teresa ta’ Leanne Ellul and Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

L-Opri tal-Ħniena imfissra liż-Żgħażagħ ta’ Terence Portelli (ĊAK-Reliġjon u Ħajja)

 

Traduzzjoni: Kotba għall-Adolexxenti (13-16)

L-ebda ktieb ma għada għal fażi finali

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend