Nirien f’mina tad-distribuzzjoni tal-elettriku jikkawżaw qtugħ ta’ dawl f’diversi rħula – One News

Notifiki

Nirien f’mina tad-distribuzzjoni tal-elettriku jikkawżaw qtugħ ta’ dawl f’diversi rħula

Impjegati ta’ Enemalta plc ħadmu matul il-lejl sabiex jirranġaw ħsarat estensivi wara li nirien f’waħda mill-mini tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku ikkawżaw qtugħ fil-provvista ta’ diversi klijenti f’partijiet minn San Ġiljan u nħawi fil-qrib kmieni s-Sibt filgħodu.   

L-Enemalta plc permezz ta’ stqarrija qalet li n-Network Planning and Operations Control Centre tal-Kumpanijali jopera 24 siegħa kuljumirreġistra diffikultà fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni ta’ St Andrew’s f’Pembrokef’nofs il-lejl u sitta għoxrin minuta s-Sibt filgħoduIċ-ċentru tad-distribuzzjoni inqata’ mill-kumplament tas-sistemabkonsegwenza li ntfiet il-provvista tal-elettriku ta’ add ta’ klijenti f’partijiet minn San Ġiljan, Pembroke, il-Magħtab, Baħar iċĊagħaqis-Swieqi u San Ġwann.

Hekk kif ġew identifikati n-nirienħaddiema tat-tifi tan-namid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-ewwel waslu fiċ-ċentru tad-distribuzzjoni sabiex jidħlu fil-mina mimlija duħħanjitfu n-nirien. Għadd ta’ cables jaqbdu nstabu diversi mijjietta’ metri ‘l ġewwa fil-mina. Uffiċjali u inġiniera ta’ Enemalta kienu lesti fuq ilpost sabiex jispezzjonaw il-ħsarat hekk kif il-mina kienet ċertifikata sikura biex jidħlu fiha.

Il-ħidma biex jitranġaw ilcables ta’ 33 kV li ntlaqtu min-nirienterġa’ tingħata l-provvista liċ-ċentru tad-distribuzzjoni ta’ St Andrew’s bdiet hekk kif id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilikkonferma li ma kienx għad baqa’ perikli għall-inġiniera u t-tekniċi fiż-żona tal-inċident. Għadd ta’ impjegati għadhom fil-mina sa dalgħodu u ser ikomplu t-tiswjiet matul il-jum biex jitlestew malajr kemm jista’ jkun.

Fl-istess waqtil-provvista tal-elettriku bdiet gradwalment tingħata lura lil uħud mill-klijenti affettwati minn sorsi alternattiviF’xi nħawi żgħar f’partijiet mis-Swieqi, Pembroke u Baħar iċ-Ċagħaqil-provvista tal-elettriku tingħata lura hekk kif jitlestew it-tiswijiet.

Enemalta plc qed tistħarreġ l-inċident sabiex tidentifika u timplimenta kwalunkwe miżuri li jistgħu jkunu meħtieġasabiex jonqos ir-riskju ta’ dawn it-tip ta’ diffikultajiet.        

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend