Proċessi iktar effiċjenti flimkien ma’ sejħa għal work force ikbar fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet.
Dan kien il-messaġġ tal-Ministru Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari Chris Aguis waqt iż-żjara tiegħu fl-Awtorità tal-Artijiet.
Żjara fejn fiha ġiet rikonoxxuta l-ħidma ta’ ħafna ħaddiema fi ħdan l-Awtorità speċjalment bil-pressjoni li dejjem tinsab preżenti f’dan is settur.
Borg stqarr kif ser jiġu implimentati diversi pjanijiet u mezzi sabiex titjieb it-trasparenza u l-effiċjenza f’din l-Awtorità. Fost dawn, il-ġimgha d-dieħla se ssir sejħa ta’ interess għall-periti indipendenti sabiex jevalwaw l-art li tiswa l-fuq minn €400,000.
L-Awtorità konxja ukoll li l-użu tat-teknoloġija ssarraf f’trasparenza għalhekk is-Segretarju Parlamentari Chris Aguis tenna kif se jkun hemm bidla għall-applikazzjonijiet onlajn għall-artijiet. Din se tfisser bidla f’mentalità fi ħdan l-Awtorità.