Fil-Qorti llum kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Libjan mixli li prova jħanxar għonq tfajla s-sena li għaddiet f’Paceville.
Rawad Briga Abdelsalam ta’ tnejn u tletin sena ġie akkużat li fis-sigħat bikrin tat-tmienja u għoxrin t’Awwissu tas-sena l-oħra prova jisraq xi basktijiet li kellhom żewġ nisa, waħda Maltija u oħra Pollakka.
Kien hawn li l-Maltija rreżistietu u l-Libjan prova joqtolha. Meta quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke kompliet il-kumpilazzjoni xehdu numru ta’ pulizija li spjegaw kif għarfu lill-akkużat minn flokk bil-barnuża fuqu u arrestawh minnufih.
Pulizija ieħor saħaq li l-Libjan kien qal li bi żball laqat il-mara b’sikkina.