Tkompli t-tfittxija: Żvilupp dwar min wettaq l-attakk f’Barċellona – One News

Notifiki

Tkompli t-tfittxija: Żvilupp dwar min wettaq l-attakk f’Barċellona

L-Awtoritajiet Spanjoli għadhom qed ifittxu s-suspettat ewlieni li wettaq l-attakk f’Barċellona.

Dak oriġinarjament maħsub li wettaq l-attakk inqatel u l-pulizija Spanjola ħarġet dettalji ġodda ta’ min huwa suspettat li wettaq l-ewwel attakk f’Barċellona l-Ħamis tard wara nofsinhar.

Younes Abouyaaqoub li għandu tnejn u għoxrin sena mwieled fil-Marokk qed jiġi mfittex mill-pulizija Spanjola wara li allegatament kera vann u saqu fuq in-nies li kienet f’La Ramblas, fiċ-ċentru ta’ Barċellona.

F’dan l-attakk li għalih l-Istat Iżlamiku refa’ ir-responsabilità tiegħu nqatlu tlettax-il persuna u għexirien oħra ndarbu.

Moussa Oukabir ta’ sbatax-il sena li kien maħsub li wettaq l-attakk fiċ-ċentru ta’ Barċellona kien involute fit-tieni attack f’Cambrils.

Il-Pulizija Spanjola spjegat li s-suspettati f’dawn l-attakki terroristiċi kienu qed jippjanaw attakki ferm agħar minn dawk li wettqu nhar il-Ħamis.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend