Karba oħra li nstemgħet – One News

Notifiki

Karba oħra li nstemgħet

“Il-Karba ta’ Malta kollha.” Dan kien il-kliem li s-Sindku Joanna Debono Grech użat biex tiddeskrivi Triq il-Bontadini ġewwa Birkirkara.

Din il-karba instegħmet wara li beda x-xogħol infrastrutturali fuq din it-triq iktar kmieni dan ix-xahar.

Dan kien proġett partikolarment diffiċli għall-kunsill ta’ Birkirkara hekk kif l-ispiża tal-proġett kienet tammonta għad-doppju tal-baġit annwali li l-istess kunsill għandu allokat għall-proġetti ta’ dan it-tip.   Huwa grazzi għall-Transport Malta li ser isir ix-xogħol fuq din it-triq wara tletin sena stenniha.

Bi spiża totali ta’ żewġ miljuni il-proġett ha jkun maqsum fi tlett fażijiet. Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-proġett diġa inbeda u qed ikun immirat li jitlesta f’Settembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend