“Hemm bżonn li kaloriji żejda f’ikel popolari jonqsu” – One News

Notifiki

“Hemm bżonn li kaloriji żejda f’ikel popolari jonqsu”

Se jkunu qed jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu l-kaloriji f’ikel popolari bħal pizza, burgers u ikel li jkun diġà lest – dan bħala parti mill-ħidma tal-gvern Ingliż biex jiġġieled kontra l-obeżità fit-tfal.

Uffiċjali mis-settur tas-saħħa qalu li jemmnu li din il-bidla hi waħda bżonnjużi dan hekk kif persuni qed jikkunsmaw 200 sa 300 kaloriji aktar milli sippost kuljum.

Din il-bidla jaf tħalli effett billi wieħed se jkun qed jara li l-prodotti jiċkienu ħarira fil-kobor tagħhom jew ingredjenti mibdula fl-ikel u fix-xorb li jinxtraw minn supermarkets, takeawats u kif ukoll ristoranti.

Dawn il-miri huma mistennija li jitwettqu permezz tal-għajnuna tas-Settur tas-Saħħa fl-Ingilterra f’inqas minn sena.

Din il-bidla se tkun qed tingħata bħala għażla li wieħed jista’ jaddatta b’mod volontarju, anke jekk uffiċjali mill-Gvern qalu li jekk l-industrija mhix se tkun qed tirrispondi għal din il-bidla se tkun qed tilleġisla.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend