Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li l-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit kellhom jintervjenu meta allegatament beda jhedded persuna oħra fil-lokalità tal-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-14:00 quddiem in-New Tiger Bar fil-Marsa meta tliet vetturi tal-Pulizija ssejħu fuq il-post.
Minn informazzjoni li għandu ONE News, fuq il-post instabet virga tal-ħadid u fuq persuna involuta fil-ġlieda nstabet sustanza suspettata li hija droga.
X’aktarx li l-persuna li beda jagħmel it-theddid kellu sikkina fuqu, iżda din ma nstabitx. Hu ġie arrestat fuq il-post.