Il-Prim Ministru Joseph Muscat wera solidarjetà mal-poplu ta’ Barċellona wara l-attakk terroristiku tal-lum. Filwaqt li nnota li l-ewwel tagħrif jgħid li mhemmx Maltin li kienu fuq il-post u weġġgħu.
Intant il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin sostna li s’issa ma hemm ebda informazzjoni li fost il-vittmi li ndarbu u tilfu ħajjithom fl-attakk ta’ Barċellona hemm il-Maltin.
Il-Ministeru qal li qed isegwi l-inċident mill-qrib u jinsab f’kuntatt kontinwu u kordinazzjoni mal-Ambaxxata Maltija f’Madrid kif ukoll mal-awtoritajiet Spanjoli.
Kull Malti li għandu bżonn xi tip ta’ għajnuna jista’ jikkuntattja mal-Ambaxxata Maltija billi jew iżur l-Ambaxxata bl-indirizz: Paseo Castellana, 45 – 6ªplanta, 28046 Madrid, Spain
jew iċempel fuq +34 91 391 3061 jew jibgħat ittre fuq maltaembassy.madrid@gov.mt
F’każijiet t’emerġenza, ċittadini Maltin jistgħu jikkuntattjaw lill-Ministeru fuq 21242191.