Uffiċjali tad-Dwana li kienu stazzjonati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, għal darb’oħra, kmieni dalgħodu, waqqfu raġel Malti fl-ajruport wara li nstab li kellu iktar minn €10,000 fuqu waqt li kien se jivvjaġġa għal Kiev minn Istanbul.
Il-passiġġier kellu total ta’ €13,650 li sostna li kienu se jintużaw bħala flus għall-ivvjaġġar. Wara li ġew infurmati l-awtoritajiet, ir-raġel tħalla jsiefer u se jkun qed jitressaq il-Qorti mal-wasla tiegħu lura f’Malta.
Skont il-liġi Ewropea passiġġieri li jkunu se jivvjaġġaw b’iktar minn €10,000 fi flus kontanti lejn jew minn kull destinazzjoni fl-Unjoni Ewropea, huma obbligati li jiddikjarawhom mad-Dwana.