Jaħtfu skema maħsuba biex isiru sidien ta’ djarhom – One News

Notifiki

Jaħtfu skema maħsuba biex isiru sidien ta’ djarhom

• WARA L-APS, ISSA DISKUSSJONIJIET MAL-BOV U L-HSBC
• MAĦSUBA GĦAL MIN GĦANDU DĦUL BAXX

Kien hemm konkorrenza b’saħħitha għal skema li l-Awtoritàtad-Djar ħadmet mal-bank APS bil-għan li persuni fuq il-lista ta’ stennija tal-Awtorità tad-Djar isiru sidien ta’ djarhom. Dan permezz ta’ dawk li qed ikunu deskritti bħala loans soċjali fejnil-Gvern jagħmel tajjeb għal għaxra fil-mija depożitu li għandu jitħallas meta tinxtara darDiġà kien hemm 160 applikazzjoni u 87 minnhom jinsabu fi stadju avvanzat.

Il-Gvern qed jikkonverti s-sussidju li qed jingħata llum fuq il-kera għal sussidju fuq il-ħlas lura lill-bank. F’dawn il-każijiet dawk interessati ser jingħataw finanzjament totali sa massimu ta’ mitt elf ewro biex jixtru propjetà. Il-Gvern kien għamel stħarriġ mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) u jista’ jikkonferma li hawn numru sostanzjali ta’ propjetajiet li jaqgħu taħt din ilbracket.

Saħansitra l-Gvern qed juża l-għodda tiegħu kollha sabiex jaċċerta ruħu li dawk li jikkwalifikaw jingħataw it-taħriġmeħti sabiex jiġu preparati għal dan il-pass.

Fost oħrajn il-Fondazzjoni għal Ħarsien Soċjali qed ikollha rwolprinċipali biex tħejji profili dettaljati ta’ kull applikant u eventwalment issegwi l-istess applikanti f’din it-triq il-ġdida tagħhom.

Naturalment ftehim bħal dan ib miegħu ċertu kundizzjonijietkif spjega Steve Mc Carthyil-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar. “Daħlu għaliha iktar minn kemm proġettajna. Din hi skema tajba għax int litteralment lanqas depożiti ma tridtagħmel. Tara l-post int mill-privattara li jogħġob lilek u li qiegħed fil-lokalità li tkun trid inti u tiġi għandna tapplika,” qalMCarthy, li fisser kif din hi skema għal min għandu dħul baxxtant li l-prezz ma jkunx irid jaqbeż l-10%. Il-Kap Eżekuttiv enfasizza l-irwol tal-bank f’dan kollu. “Iva, il-bank jikkunsidra affarijiet oħra bħal jekk ikollok self ieħorPereżempju kien hemm min kellu €20,000 fuq garaxx jew ħaddieħor kellu self fuq karozzaDawk il-loans jiġu f’pakkettPerò dawk li m’għandhomx loans oħra u għandhom dħul baxx se jsibuna ngħinuhom,” qal il-Kap Eżekuttiv.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes tenna li hu sodisfattħafna bil-mod kif qed tiżviluppa din l-iskema u ħabbar li l-Gvern għaddej b’diskussjonijiet ma’ żewġ banek oħra. “Nistgħu nħabbru li l-Gvern jinsab fi proċess avvanzat ħafna mal-Bank of Valletta u qed niddiskutu wkoll mal-HSBC biex noffru iktar alternattivi lin-nies permezz ta’ self bħal dan,” qal Galdes.

Minn statistika li nġabret qabel tħabbret l-iskemajirriżulta li minn fuq il-lista tal-applikanti li qegħdin jistenneakkomodazzjoni alternattivamadwar 900 minnhom huma f’impjieg full-time. Mil-lista ta’ dawk li jibbenefikaw mis-sussidju fuq il-kera, madwar 400 minnhom huma f’impjieg full-time.

L-ewwel nies li se kienu kkuntattjati kienu dawk in-nies li qegħdin fuq iż-żewġ listi li huma madwar 450.

F’Malta teżisti kultura fejn wieħed iħobb ikun sid ta’ daru huwa għalhekk li skema bħal din tinħataf malajr u tiġġenera tant interess.

Fl-aħħar jiem irriżulta li f’Malta kważi 80% huma sidien ta’ djarhomb’iktar minn 60% għandhom dar tagħhom mingħajr ebda self fuqha.  Skont tagħrif tal-Bank Ċentrali Ewropew humbiss is-Slovakkja u Spanja li għandhom ċittadini sidien ta’ djarhom iktar minn Malta.

Filwaqt li hija biss is-Slovakkja fejn hemm perċentwal ta’ persuni li għandhom dar mingħajr self li huwa ikbar minn ta’ Malta.

Fi kliem l-ekonomista Alfred Mifsud il-fatt li l-Malti jinvestif’daru juri s-saħħa ekonomika tal-familji Maltin. Iktar minn hekk hemm il-prezzijiet tal-kera li meta mqabbla mas-self imħallas fl-aħħar tax-xaharanke jekk bil-piż tal-imgħaxijietjilgħab fl-istess ilma jew iktar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend