Aqra hawn kif għada tista’ tgħin fit-tfittxija ta’ dawn iż-żewġ żgħażagħ – One News

Aqra hawn kif għada tista’ tgħin fit-tfittxija ta’ dawn iż-żewġ żgħażagħ

L-aħħar appell li tpoġġa s’issa fuq il-midja soċjali mill-qraba u l-ħbieb ta’ Nick Johnson u Mark Petric, iż-żewġ żgħażagħ li jinsabu neqsin wara li oġġetti personali tagħhom instabu fil-Blata tal-Melħ ilbieraħ filgħodu minn sajjieda, hu dak li għada se tkun qed issir laqgħa għal dawk kollha li jixtiequ jgħinu fit-tfittxija tul l-istess jum.

Dawk kollha li jistgħu joffru l-għajnuna tagħhom permezz ta’ użu ta’ drones, canoes, dgħajes u mezzi oħra li wieħed jista’ juża biex jgħin fit-tfittxija għal dawn iż-żewġ żgħażagħ għandu jingħaqad ma’ oħrajn f’laqgħa li se ssir għada, it-Tnejn, fit-8:00 ta’ filgħodu fil-parkeġġ tal-Blue Grotto. Minn hemm se tkun qed jiġi kkordinat l-mod ta’ kif dawk preżenti jistgħu jitqassmu mal-Kosta ta’ fejn se jsiru t-tfittxijiet permezz tal-apparat li dak li jkun se jkun qed iġib miegħu.

L-aħħar kuntatt li sar maż-żewġ żgħażagħ kien proprju l-Ġimgħa filgħodu ftit qabel maż-żewġ ġuvintur telqu għal għonq it-triq bir-rota. Ir-rapport tas-sejba ta’ żewġ basktijiet u żewġ pari żraben, fost affarijiet oħra, sar l-għada, għall-ħabta tan-12:30 s-Sibt, wara li sajjieda li kienu fil-limiti tal-Blata tal-Melħ lemħu l-oġġetti għall-ħabta tal-5:00 ta’ filgħodu u meta l-oġġetti kienu għadhom hemm, huma bdew jitħassbu.

Kien proprju missier wieħed mill-ġuvintur li beda jċempel fuq wieħed mill-mowbajls, iżda meta kien Pulizija li qabad il-mowbajl, minn hemm bdew it-tfittxijiet.

It-tfittxijiet issoktaw il-Ħadd filgħodu, fejn kmieni filgħodu omm wieħed miż-żgħażagħ sabet żewġ roti moħbija taħt il-blat fil-limiti ta’ Fomm ir-Riħ.

L-appelli għall-għajnuna baqgħu jsiru tul il-jum, iżda minħabba riħ qawwi, l-użu tad-drones kien limitat. Kien għalekk, li peress li għada t-temp hu mistenni li jkun aħjar, se jkunu qed ilaqqgħu lil dawk kollha li jixtiequ jgħinu f’post wieħed biex jikkordinaw iż-żoni fejn se jsiru t-tfittxijiet permezz ta’ drones u apparat ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend