Minn ħolma fi ċkunita għal negozju li qed jikber. Id-disinjatriċi Rose Marie Abela tispjega kif tħossha ffortunata li qed tiżviluppa l-ħiliet tagħha f’mument fejn is-settur tal-moda f’pajjiżna qed jissaħħaħ.
“Għal grazzja t’Alla sena b’sena mexjin aktar ‘il quddiem. Wieħed illum għandu jħares lejn is-settur b’mod differenti għax anke hawn Malta qed tiżdied il-kompetizzjoni, li hi xi ħaġa tajba, għax wieħed jibqa’ jispira li jkollu xi ħaġa aħjar u b’hekk tibqa’ ttejjeb. Dan ifisser li b’dawn l-affarijiet qed naslu fejn ħames snin ilu żgur ma konniex,” qalet dan Abela.
Fil-fatt illum tħaddem madwar ħames interns u fiz-zmien li ġej se timpjega aktar persuni. M’hemmx biss
Rose Marie saħqet dwar l-importanza ta’ avvenimenti bħal Malta Fashion Awards għaliex iservu bħala pjattaforma għal disinjaturi tal-moda lokali biex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom.
Kull sena, id-ditta tagħha tħejji zewġ kollezzjonijiet tal-hwejjeg li wara avvenimenti bhal dawn jinxtraw mill-pubbliku.
Izda mhux biss, grazzi ghal dawn l-avvenimenti aktar nies isiru jafu bit-talent Malti u ghalhekk, jaghzlu d-disinn lokali.
Iżda fejn tidħol il-moda, Rose Marie temmen li jehtieg li jizdied l-gharfien. Ghalhekk, appellat biex istituzzjonijiet edukattivi jinvestu aktar f’korsijiet relatati mas-settur għaliex disinjaturi bħala qed isibuha diffiċli li fost oħrajn isibu ħajjati mħarrġa.
Biex filwaqt li s-settur jissokta jiżviluppa, iktar żgħażagħ b’ħila bħal ta’ Rosemarie jkunu jistgħu ikomplu jagħmlu l-ħolm tagħhom realtà f’settur li qed jikber u jiffjorixxi.