Ikomplu l-attakki fil-Partit Nazzjonalista – One News

Notifiki

Ikomplu l-attakki fil-Partit Nazzjonalista

Karta li prova jilgħab il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, kompliet tikxef il-qasma interna wara li waslitu għall-kritika minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista.

Adrian Delia ħareġ jattakka l-Maltatoday għax skont hu l-gazzetta tal-Ħadd attakkat lil Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta rrapportat dwar negozju li kellhom flimkien Delia u ħaten Busuttil.

Delia ħareġ stqarrija dwar din l-istorja u qal li jikkundanna attakk malizjuż fuq il-familja ta’ Simon Busuttil.

“Qed inħeġġeġ lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex jingħaqdu miegħu,” kiteb Delia fl-istqarrija.

Iżda, wieġbu David Griscti, President tal-AŻAD, u qallu li ma jistax jifhem fejn kien dan l-atakk li semma Delia.

“Where is the attack? I seem to have missed it,” kiteb Griscti għal iktar minn darba.

Ċar daqsu, jekk mhux iktar minnu, kien David Casa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend