Jintbagħat 14-il xahar ħabs u mmultat żewġ multi – One News

Notifiki

Jintbagħat 14-il xahar ħabs u mmultat żewġ multi

Żgħażugħ ta’ 26 sena mis-Senegal intbagħat erbatax-il xahar ħabs wara li ammetta li kien qed ibigħ il-kannabis, li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kokaina u li kien qed iġorr sikkina. Dan kollu meta kien qrib post iffrekwentat miż-żgħażagħ.

Il-każ seħħ fil-21 ta’ Novembru tas-sena l-oħra meta r-raġel inqabad qed ibiegħ il-kannabis lil żewġ tfajliet Taljani tant li t-tfajliet infushom telgħu jixhdu u kkonfermaw.

Fis-sentenza l-Qorti kkunsidrat il-fatt li ż-żgħażugħ dam biex ammetta iżda rat ukoll kif fl-istess waqt kellu l-kondotta nadifa.

Minbarra ħabs, il-Qorti mmultatu wkoll l-multi ta’ elf u mitt ewro u  seba’ mija disa’ u disgħin ewro fi spejjeż tal-esperti.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend