Diskussi l-multi marbuta mal-kaċċa – One News

Notifiki

Diskussi l-multi marbuta mal-kaċċa

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) kellha laqgħa mas-Segretarju Parlamentari tal-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, il-Perit Clint Camilleri.

Waqt il-laqgħa ġew diskussi diversi punti dwar il-kaċċa u l-insib. Fost il-punti, ġiet diskussa r-reviżjoni ta’ diversi multi u pieni ta’ reati li preżentament huma meqjusa bħala reati kriminali, kif ukoll ir-reviżjoni tal-partijiet oħra mir-regolamenti tal-kaċċa u l-insib kif qed tipproponi l-FKNK.

Punti oħrajn li ġew diskussi f’din il-laqgħa kienu:

–  Il-kawża tal-għasafar tal-għana fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Ewropa;

–   Sapport għall-proġett tal-FKNK tat-tluq tal-gamiem;

–   Il-kaċċa tal-fniek slavaġġ u t-tneħħija tal-pjanti u emendi oħra meħtieġa fir-regolamenti relatati;

–   Għajnuna fl-amministrazzjoni tar-Riżervi tal-Kaċċa tal-FKNK fil-Miżieb u tal-Aħrax, u l-ħtieġa ta’ riżervi simili oħra

–   Proġett ieħor tal-FKNK għat-tluq tal-perniċi aħmar (red-legged partridge) għall-kaċċa;

–   L-użu ta’ apparat għall-kaċċa u l-insib, li mhux permes l-użu tiegħu f’Malta filwaqt li hu permes f’pajjiżi oħra tal-UE;

–   Il-Park tal-Majjistral.

Camilleri spjega li  filwaqt li mhux ser ikun qiegħed jittollera ebda ksur ta’ liġi, m’huwiex ġust li kull kaċċatur u nassab jigi meqjus bħala kriminal. B’hekk Camilleri qal li diġa beda jevalwa x’għandu bżonn jiġi emendat fir-regolamenti tal-kaċċa u l-insib anke fid-dawl tal-mandat elettorali li l-poplu ta lill-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend