Tiżdied it-temperatura għall-Santa Marija – One News

Notifiki

Tiżdied it-temperatura għall-Santa Marija

Skont is-sit soċjali malti.firstmalta.com l-mappa t’hawn fuq turi t-temperaturi mistennija nhar is-Sibt 12 ta’ Awwissu. (850hPa, GFS)

Hekk kif tħabbar ftit ġranet ilu , din il-heatwave mistennija titkisser lejn l-aħħar ta’ din il-ġimgħa, hekk kif is-Sibt 12 ta’ Awwissu, t-temperaturi se jilħqu l-31C u jinħassu 33C / 34C. Dan hekk kif riħ qawwi Majjistral li jibda’ jżid mill-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu filgħaxija sal-Ħadd jista’ jilħaq Forza 6 / 7 matul il-ġurnata tas-Sibt f’xi ħinijiet.

Iżda  mit-Tlieta, 15 ta’ Awwissu, Festa ta’ Santa Marija, t-temperaturi se jerġgħu jogħlew xi ftit. Madanakollu mhux mistennija jilħqu l-livelli allarmanti li kellna fl-aħħar ġranet.

Dan hekk kif qed nistennew temperaturi ta’ bejn il-31C u t-34C għal bqija tal-ġranet, dawn it-temperaturi mistennija jippersistu għal diversi ġranet possibilment lejn l-aħħar ta’ Awwissu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend