Aġġornat: Il-PM Franċiż jikkonferma li l-Pulizija arrestat suspettat – One News

Aġġornat: Il-PM Franċiż jikkonferma li l-Pulizija arrestat suspettat

Suldati Franċiżi sfaw feruti wara li ttajru minn karozza BMW f’Levallois-Perret f’Pariġi.

Il-Prim Ministru Franċiż Édouard Philippe kkonferma li ġie arrestat raġel b’suspett li kien involut fl-attakk lill-grupp ta’ suldati dalgħodu.

Karozza BMW li kienet ipparkjata fit-triq saqet għal fuq is-suldati hekk kif dawn ħarġu mill-barracks biex imorru fuq ħidma militari. Is-suldati jiffurmaw parti minn Operation Sentinelle li bidet topera wara l-attakki tal-2015 bħala operazzjoni militari Franċiża kontra l-attakki terroristiċi.

Intqal li tnejn mis-suldati sfaw feruti serjament f’dan l-inċident filwaqt li l-erbgħa l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.

Is-Sindku ta’ Levallois-Perret qal li bla ebda dubju dan kien att deliberat.

Il-Prosekuturi f’Pariġi qalu li s-sezzjoni anti-terroriżmu fi ħdan l-uffiċċju tagħhom fetħet investigazzjoni dwar l-attentat qtil b’rabta ma’ atti terroristiċi.

Franza tinsab fi stat ta’ emerġenza wara sensiela ta’ attakki terroristiċi.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend