Wara s-sħana issa jmiss ir-riħ – One News

Notifiki

Wara s-sħana issa jmiss ir-riħ

Wara diversi lmenti, jidher li n-natura semgħet talb bosta hekk kif il-heatwave kkawżata mill-antiċiklun Afrikan fl-aħħar se tibda’ titkisser. Jidher li mill-Ġimgħa t-temperaturi se jibdew jinżlu hekk kif se jqum ir-riħ. Dan skont rapport fuq FirstMalta.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu t-temperatura se tilħaq il-35C, tinħass 39C, filwaqt li r-riħ Majjistral jibda’ jżid u jilħaq Forza 5.

Filwaqt li s-Sibt 12 ta’ Awwissu l-ogħla temperatura tilħaq il-31C u tinħass 32C, sabiex nieħdu ftit tan-nifs, filwaqt li l-Majjistral jilħaq livell ta’ Forza 5 / 6.

Ir-riħ ikompli sal-Ħadd fejn umbagħad jibda’ jikkalma ftit sakemm jilħaq Forza 3 / 4 iktar tard filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend