Notifiki

Miżuri għaċ-ċiklisti kontra s-sħana qawwija

Huma ħafna l-Maltin li qegħdin isibu metodi alternattivi biex jevitaw il-ġenn u t-traffiku li nsibu fit-toroq. Fost dawn insibu komunità kbira ta’ nies li saru qed jużaw ir-roti sabiex imorru minn post għall-ieħor.

Però x-xemx li qed taħkem lil pajjiżna b’temperaturi li jlaħħqu l-erbgħin grad toffri sfidi mhux żgħar.

Għaldaqstant il-“Bicycling Advocacy Group” ħarġu rapport b’numru ta’ suġġerimenti sabiex jitnaqqsu l-effetti li dan it-tempkapaci jġib miegħu.

Jim Wightman minn din l-għaqda tenna li hu essenzjali li kull min irid isuq rota f’dan it-temp irid iżomm ruħu idratat kemm jista jkun jevitaw l-eqqel ħinijiet tax-xemx. Ma dawn żied l-importanza tal-ippjanar tal-vjaġġ u li jintlibsu ħwejjeġ adattati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend