Il-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera, ingħaqad mar-residenti ta’ Pembroke li nġabru biex isemmgħu leħinhom kontra l-proġett ta’ skola kbira f’Pembroke.
Ir-residenti li fl-aħħar jiem imlew il-faċċati tad-djar u t-toroq fil-lokalità permezz ta’ messaġġi kontra l-bini ta’ skola ġdia, maħsuba biex tilqa’ 900 student, illejla ħarġu bil-bżieżaq biex mhux biss jinstemgħu iżda jidhru wkoll f’dan l-isforz tagħhom biex joħolqu kuxjenza kontra l-bini ta’ din l-iskola fi spazju miftuħ. Wieħed mill-ftit li baqa’ fiż-żona, jargumentaw dawk li jsostnu li diġa’ jġorru l-piż ta’ diversi skejjel.
Illejla reġa’ tkellem f’isem ir-residenti s-Sindku tal-lokal, Dean Hili, li qal li qed jappella lill-gvern biex jibqa’ jżomm din l-art.