Kmieni t-Tnejn filgħodu, uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom b’suċċess iwaqqfu Russu li kien ġej Malta permezz ta’ titjira mil-Latvja, li ġo bagalja kien qiegħed iġorr dsatax il-elf sigarett tal-kutrabandu, lesti sabiex jiġu mibjuhaillegalment f’pajjiżna.
Qabda li tingħaqad ma’ oħrajn li d-Dwana wettqet fl-aħħar jiem, hekk kif bejn il-jiem tal-Ġimgħa u l-Ħadd uffiċjali ta’ Dwana rnexxilhom iwaqqfu hdax il-elf, disa mija u erbgħin sigarett tal-kutrabandu li diversi minnhom kienu diġà qedgħin jinbigħuillegalment.
Il-każijiet ġew mgħoddija lil Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. Pulizija