Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis, żar il-ħaddiema u r-residenti ta’ Dar il-Kaptan. Waqt din iż-żjara kellu l-opportunità li jsegwi mill-qrib il-ġurnata tipika ta’ persuni b’diżabilità, kif ukoll ra l-impenn tal-ħaddiema biex itejbu l-abbiltajiet ta’ dawn il-persuni li jżuru Dar il-Kaptan. Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis kellu ċ-ċans jiltaqa’ wkoll ma’ xi familjari ta’ persuni b’diżabilità fejn qasmu miegħu l-esperjenzi tal-familjari tagħhom f’dawn it-tip ta’ servizzi.
Dar il-Kaptan prinċiparjament toffri żewġ servizzi lejn persuni b’diżabilità, wieħed matul il-ġurnata u l-ieħor bħala respite. Waqt din iż-żjara Anthony Agius Decelis segwa mill-viċin programmi varji li jsiru f’Dar il-Kaptan fosthom attivitajiet bħall-indoor gymu multisensory room.
Fost affarijiet li ġew diskussi kienu l-proġetti li Dar il-Kaptan għandha għall-futur għall-benefiċċju ta’ persuni b’diżabilità u kif dawn jistgħu jitwettqu b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.