Matul il-jiem li għaddew bosta rrapportaw li kien hemm xi ħadd li rema sufan, pultruna u kif ukoll televixin qrib Slugs Bay, post li hu ffrekwentat minn persuni li jmorru trekking b’mod partikolari turisti.
Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook il-membri Parlamentari Clayton Bartolo spjega kif hu mar fuq il-post b’mod immedjat ħa azzjoni billi daħħal rapport il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, fejn dan se jkun qed jitnaddaf.
Hu temm billi staqsa “meta se nitgħallmu nieħdu ħsieb dak li għandna u ma nħammġux iktar pajjiżna?”