Notifiki

It-temp li tant ilna nistennew dalwaqt magħna

Hekk kif il-mewġa tas-sħana, mlaqqma Luċifru, ilha taħkem lil Malta għal dawn l-aħħar ġranet, issa jidher li hemm ftit tama’ għal temperaturi xi ftit iktar komdi. Dan skont rapport li deher fuq FirstMalta.

It-temperaturi jidher li se jibqgħu elevati għall-ġranet li ġejjin, iżda għal tmiem il-ġimgħa mistennija jinżlu ftit għal-livelli li ma jaqtgħulekx nifsek.

Dan ukoll grazzi għar-riħ Majjistral li se jibda minn nhar il-Ġimgħa filgħaxija u jippersisti sal-aħħar tal-ġimgħa.

  • It-Tlieta 8 ta’ Awwissu, Xemxi b’xi ftit sħab, l-ogħla 37C, tinħass 43C, l-inqas 26C, Riħ Varjabli Forza 2 / 3
  • L-Erbgħa 9 ta’ Awwissu, Xemxi, l-ogħla 36C, tinħass 41C, l-inqas 26C, Riħ Varjabli Forza 2 / 3
  • Il-Ħamis 10 ta’ Awwissu, Xemxi, l-ogħla 36C, tinħass 42C, l-inqas 26C, riħ Varjabli Forza 2 / 3
  • Il-Ġimgħa, 11 ta’ Awwissu, Xemxi, l-ogħla 34C, tinħass 37C, l-inqas 26C, riħ Majjistral Forza 3 / 4 jsir Forza 5 / 6
  • Is-Sibt, 12 ta’ Awwissu, Xemxi, l-ogħla 31C, tinħass 33C, l-inqas 24C, riħ Majjistral Forza 5 / 6.
  • Il-Ħadd, 13 ta’ Awwissu, Xemxi, l-ogħla 31C, tinħass 33C, l-inqas 23C, riħ Majjistral Forza 5 / 6 li jsir F 3 / 4
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend