Notifiki

Ftehim li se jwassal għal iktar opportunitajiet, xogħol u kreattività

Memorandum of Understanding b’intenzjoni għal iktar opportunitajiet, xogħol u kreattività ġie ffirmat illum wara nofsinhar ġewwa Villa Bighi fl-Esplora.

Il-Kunsill Malti għall-Arti flimkien mal-Esplora qabblu li dan il-ftehim huwa essenzjali sabiex jibqa’ jikber l-interess kemm fl-arti u kemm fix-xjenza amalgamati flimkien.

Iċ-Chairperson tal-MCAST Jeffrey Pullicino Orlando kif ukoll iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall tennew li opportunità bħal din tirrifletti biss posittività u opportunità għal iktar mħuħ sabiex jilħqu livell ogħla ta’ kreattività.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-Ministru Owen Bonnici kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri fejn saħqu kif dan il-ftehim huwa biss l-bidu ta’ kollaborazzjonijiet kbar li mistennija jseħħu fiż-żmien qarib.
Kollaborazzjonijiet li se jgħinu l-kreattività u l-prodotti finali taż-żewġ oqsma kif ukoll is-settur ta’ l-ekonomija f’pajjiżna. Settur li mistenni jibqa’ jissaħħaħ grazzi għall-avvanzi u kollaborazzjonijiet bħal tal-lum.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend