Franċiż isofri ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur – One News

Notifiki

Franċiż isofri ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-7:50 fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ prelimari irriżulta li Franċiż ta’ 49 sena, residenti San Pawl il-Baħar, għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-mutur tiegħtat-tip Symphony u waqa’.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

 L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend