Id-Diviżjoni tas-saħħa bi twissija dwar temperaturi għoljin – One News

Notifiki

Id-Diviżjoni tas-saħħa bi twissija dwar temperaturi għoljin

Id-Diviżjoni tas-Saħħa avżat lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf tal-ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, u persuni li qed ibatu minn xi kundizzjoni kronika jew li huma attivi ħafna.

Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa importanti li:

 

•    Jekk hu possibbli wieħed għandu jevita li joħroġ barra bejn l-10:00am u l-4.00pm;

•    Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fil-post tax-xogħol;

•    Tixrob regolarment u tiekol ikel frisk;

•    F’każ ta’ dubju tikkonsulta ma’ tabib.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend