Notifiki

Tlett ifrieken lura fil-baħar wara xhur ta’ riabilitazzjoni

Tlett ifkieren inħelsu mir-Ramla tal-Mixquq wara xhur ta’ riabilitazzjoni f’San Luċjan.

It-tlett ifrieken ngħataw l-ismijiet ta’ Europa, Myrtle u Moana.

Europa hi fekruna ta’ tliet snin kienet nstabet viċin il-Bajja tat-Torri l-Abjad fid-9 ta’ Mejju, Myrtle hi fekruna ta’ tmien snin li ġiet salvata mix-Xlendi f’Jannar ta’ din is-sena filwaqt li Moana hi fekruna ta’ 12-il sena u hi l-aħħar waħda li ġiet salvata.

Kienu bosta li nġabru fuq il-bajja biex jaraw din ix-xena gustuża, bil-frieken isibu triqthom lura fl-ambjent naturali tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend