Il-pulizija tridek lura d-dar dan is-sajf.
Dawk li jidhru bħala post cards li jintbagħtu f’xi btala mhuma xejn għajr messaġġi f’kampanja maħsuba biex tiġbed l-attenzjoni organizzata mill-Europol. Fuq dawn il-postcards hemm id-dettalji tal-iktar persuni mfittxija, jew aħjar “wanted” fl-Ewropa, fosthom Hamid Nour Eddine Ibrahim.
Ibrahim huwa mfittex għal qtil ta’ Silvana Muscat li kienet is-sieħba tiegħu. Allegatament, Ibrahim qatel lil Muscat f’San Pawl il-Baħar u eventwalment kien ħarab minn Malta. Ibrahim għandu 37 sena. Muscat, martu u l-vittma tal-qtil, kellha 36 sena.
Ibrahim kien ilu miżżewweġ lil Muscat madwar sena qabel fl-2015 instabet mixħuta mejta fuq is-sodda b’ħames daqqiet fil-parti ta’ fuq ta’ ġisimha. Qtil li segwa xhur ta’ kunflitt u għexieren ta’ rapporti dwar vjolenza domestika.
Jirriżulta li Ibrahim kien telaq minn Malta sa minn qabel il-pulizija intebħu bil-qtil u bdew jinvestigawh. Jirriżult ali hu telaq lejn Bergamo.
F’din il-kampanja tal-Eurpol hemm persuni minn 21 għoxrin pajjiż li wettqu reati kriminali f’21 pajjiż. Jidher li din il-kampanja hi mnebbħa mill-fatt li postijiet fejn l-Ewropej iħobbu jmorru btala huma post popolari biex kriminali jinħbew.