Notifiki

Il-Kunsill Fiskali b’ċertifikat lill-Gvern

Il-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti ippubblika rapport fejn innota b’mod pożittiv il-fatt li l-qagħda fiskali tal-gvern għall-elfejn u sittax kienet mhux biss tajba, iżda saħansitra ħafna aħjar minn dik mistennija.

Malcolm Bray, ekonomista u uffiċjal ta’ dan il-kunsill, spjega kif il-gvern kellu dħul iktar milli mistenni, fejn fost oħrajn kien ir-riżultat ta’ tkabbir ekonomiku qawwi.

 Il-Fond Konsolidat irreġistra bilanċ pożittiv ta’ tmien miljuni u disa’ mitt elef ewro għall-kuntrarju ta’ defiċit li kien imbassar.    

Biex finalment il-bilanċ pożittiv għal kaxxa ta’ Malta kien ta’ mitt miljun ewro.

Il-Kunsill innota li t-tbassir tal-Ministeru għat-tkabbir fil- Prodott Gross Domestiku kien viċin it-tkabbir b’saħħtu ta’ sitta punt sebgħa fil-mija li seħħ fl-elfejn u sittax.

Ir- Rapport Annwali jevalwa wkoll il-konformità mar-regoli fiskali stabbiliti mill-Patt ta’ Tkabbir u Stabbiltà u mill-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali. Regoli li fost oħrajn jitolbu livelli baxxi ta’ dejn. Xi ħaġa li l-pajjiż qed iżomm magħha b’mod tajjeb ħafna.

L-għan ewlieni tar- Rapport Annwali hu li jevalwa t-twettiq tal-Baġit tas-sena ta’ qabel u li jagħti spjegazzjonijiet fuq id-differenzi fl-iżviluppi makroekonomiċi u fiskali li seħħew meta mqabbla mat-tbassir.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend