Titnieda konsultazzjoni pubblika biex tissaħħaħ l-MFSA – One News

Titnieda konsultazzjoni pubblika biex tissaħħaħ l-MFSA

Il-Gvern illum nieda konsultazzjoni pubblika bil-għan li jsaħħaħ l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.

B’hekk se jkun qed tissaħħaħ l-istruttura kif ukoll ir-riżorsi għas-settur finanzjarju diġitali.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-Awtorità trid tkompli timxi ‘l quddiem biex iżżomm lilha nfisha aġġornata maż-żminijiet tal-lum.

Scembri spjega li l-MFSA se jkun qed ikollha l-irwol ta’ regolatur iżda x’aktarx se tkun qed tirristruttura l-irwoli kif meħtieġ wara d-domanda li se tkun qed tirċievi wara din il-konstultazzjoni.

Waqt din il-konferenza tkellem ukoll il-Professur Joseph Bannister fejn stqarr li dan hu proċess komuni li jsir internament. Huwa sostna li bl-inklużjoni ta’ teknoloġija diġitali dan il-proċess se jkun siewi għall-ġejjieni.

Schembri semma’ l-ħtieġa ta’ setturi ġodda bħal Fintech u Blockchain. “L-MFSA trid tkun viġilanti u tassigura li n-niċeċ ġodda ma jpoġġux f’periklu l-istabbiltà u r-reputazzjoni għolja tas-settur,” qal Schembri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend