Riskju li bajjiet setgħu jitilfu l-‘Blue Flag’ – One News

Notifiki

Riskju li bajjiet setgħu jitilfu l-‘Blue Flag’

L-azzjonijiet tal-Gvern biex ineħħi l-abbuż li kien qed isir b’ mijiet ta’ umbrelel u deck chairs fuq il-bajjiet kien strumentali wkoll biex ma’ tintilifx it-tikketta tal-Blue Flag minn fuq dawn l-istess bajjiet.

Tellem dwar dan il-Kap Eżekuttiv ta’ Nature Trust, Vince Attard, li fisser kif ‘Blue Flag Malta’, li tagħmel parti minn ‘Blue Flag International’ esprimiet is-sodisfazzjon għall-azzjonijeit li ħadet l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu fl-aħħar jiem.

Vince Attard spjega l-konsegwenzi tat-tneħħija tal-‘Blue Flag’ minn fuq ċerti bajjiet li kieku baqgħu għaddejjin l-abbużi.

Iżda il-‘Blue Flag’ għaliex tingħata daqshekk importanza kemm lokalment u fuq skala nternazzjonali?

Apparti l-effetti ekonomiċi u l-ħsara l-industrija tat-turiżmu, dawn l-abbużi jistgħu jwasslu wkoll għal-ħsara ambjentali.

L-azzjonijiet li ħadet l-awtorita tat-turiżmu fl-aħħar jiem flimkien mal-awtorita għall-artijiet kienu bla preċedent u ntlaqgħu b’mod tajjeb mill-pubbliku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend