Numru rekord ta’ passiġieri itiru mal-Airmalta – One News

Notifiki

Numru rekord ta’ passiġieri itiru mal-Airmalta

Dak li għadda kien tmiem il-ġimgħa importanti għal-Airmalta hekk kif fi spazju ta tmienja u erbgħin siegħa din ġarret numru rekord ta aktar minn tnax –il elf passiġġier.

Din il-figura hija waħda mportanti ħafna għax qabżet ir-riżultati li s-soltu jinkisbu f’nofs Awwissu meta normalment huwa l-aħjar żmien tal-linja nazzjonali tal-ajru.

Fi stqarrija l-kumpanija qalet li dawn ir-riżultati huma aktar sinifikanti meta mqabbla ma dawk ta sentejn ilu fejn l-Airmalta kienet għadha topera b’żewġ ajruplani aktar u fejn l-kompetizzjoni minn linji tal-ajru oħrajn fuq ir-rotot l-aktar popolari tal-Airmalta kienet anqas.

Fuq it-tmenin titjira li ġew operati bejn is-Sibt u l-Ħadd, l-Airmata kisbet okkupanza medja ta tlieta u disgħin fil-mija tas-seats, it- titjiriet mil-Iżvizzera u Moska saħansitra eċċedew il-ħamsa u disgħin fil-mija tal-okkupanza.

Din l-aħbar ġiet fi sfond li ftit ġimgħat ilu l-Airmalta ħabbret il-ftuħ mil-ġdid tar-rotta lejn Frankfurt u li l-istess kumpanija se tkompli tinvesti fil-kapaċita tagħha billi żżid ajruplan ieħor mal-flotta.

Dan kollu qed isir biex il-kumpanija tkun tista tlaħħaq mad-domanda tas-suq u tkompli tipprovdi l- konnetivita’ tal-ajru lejn u mill-gżejjer Maltin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend