Ftit tal-ħin ilu fil-wied ta’ bejn il-lokalitajiet tar-Rabat u l-Imtarfa tkebbes grass-fire kbir li nxtered fuq żona pjuttost kbira.
Fuq il-post għadhom kif waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Il-ħidma tal-pumpiera qed tkun aktar diffiċli minħabba numru ta’ fdalijiet tal-murtali li qed jinstemgħu jisplodu.