Klassijiet ta’ reviżjoni jkomplu joffru iktar opportunitajiet lill-istudenti fid-dinja tax-xogħol – One News

Klassijiet ta’ reviżjoni jkomplu joffru iktar opportunitajiet lill-istudenti fid-dinja tax-xogħol

Ir-raba’ edizzjoni ta’ klassijiet ta’ reviżjoni waslet għal sena oħra hekk kif ġewwa l-Liceo San Ġorġ Preca ġewwa il-lokalità tal-Ħamrun saret konferenza tal-aħbarijiet.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo fejn spjegaw l-importanza ta’ dawn l klassijiet u kemm se jgħinu fiż-żmien ġejjieni lis-settur tal-edukazzjoni flimkien mas-settur tax-xogħol.

Dan għaliex l-istudenti se jkollhom iktar opportunità sabiex jilħqu l-miri tagħhom fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-klassijiet se jikkonsistu minn ħames suġġetti li jinkludu l-Ingliż, il-Malti, il-Fiżika, il-Matematika u għall-ewwel darba l-Bilojoġija.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal kif l-Unjoni Ewropea flimkien ma’ Gvernijiet u Msieħba Soċjali identifikaw numru ta’ sfidi. Sfidi li jekk megħluba se jżomm lis-settur dejjem pass ‘il quddiem.
Għalhekk qegħdin jintużaw b’għaqal il-fondi Ewropej f’forma ta’ investiment f’pilastru ewlieni tas-soċjetà Maltija, iż-żgħażagħ tagħna.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend