Notifiki

Irtirati mis-suq prodotti tan-Nestlè Cerelac

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, permezz ta’ stqarrija, xtaq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva se jkun qed jirtira mis-suq prodotti Nestlè Cerelac li għandhom id-dettalji kif inhuma msemmija hawn isfel.

Jidher li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li ingredjent, dqiq, li seta’ ntuża f’dawn il-prodotti nstab li jista’ jkun fih livell ta’ polycyclic aromatic hydrocarbons (PAHs) li huwa iktar milli tippermetti l-liġi.

Deskrizzjoni tal-Prodott:          3 cereals with milk
Ditta:Nestlè Cerelac
Data tad-durabbilità:07-2018
Lott:L70090291
Piż:400g
Oriġini:Spanja

 

Deskrizzjoni tal-Prodott:          Mixed fruits and wheat with milk
Ditta:Nestlè Cerelac
Data tad-durabbilità:06-2018
Lott:L63580291
Piż:400g
Oriġini:Spanja

Il-kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet, għaldaqstant id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend