Notifiki

Jirritorna l-Festival Mediterranju tal-Letteratura

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura f’Malta wasal għal edizzjoni oħra hekk kif l-attenzjoni li hu jiġbed tkompli tattira interess kbir. Festival li jagħti importanza kbira lil-letteratura u jagħti pjattaforma lil ħafna awturi sabiex jibdew jistabbillixxu ruħhom fi ħdan dan il-qasam kulturali.

Minbarra l-qari ta’ novelli u poeżiji minn 12-il awtur fosthom Alfred Sant, Immanuel Mifsud u awturi barranin, se jkun hemm mużika, kotba għall-bejgħ, films tal-poeżiji Maltin u barranin u ħafna iktar.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Owen Bonnici stqarr kif il-Gvern ħass l-importanza li jgħin finanzjament għal tliet snin lil madwar għaxar entitaijiet stabbiliti f’dan il-qasam sabiex ikollhom ċertu kumdità fuq pjanar u serħan il-moħħ.

It-tnax il-edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzata minn Inizjamed se tittella’ fl-24, il-25 u s-Sibt 26 ta’ Awwissu fil-Forti Sant’Iermu ġewwa l-Belt Valletta fit-20:00 ta’ filgħaxija. L-attivitajiet ta’ qabel il-Festival se jkunu qed jibdew il-Hadd 20 ta’ Awwissu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend