FILMAT: Persuna tmut wara inċident f’post tad-divertiment – One News

FILMAT: Persuna tmut wara inċident f’post tad-divertiment

FILMAT: Dan il-filmat jaf ikun xokkanti għal xi wħud

Persuna mietet u oħrajn weġġgħu wara inċident li seħħ fuq attrazzjoni fl-Ohio State Fair.

Il-Kap tad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar Steve Martin qal lill-midja li l-vittmi waqgħu minn fuq rikba li tikkonsisti minn pendlu li jdur.

Tlieta minn dawk li weġġgħu jinsabu f’kundizzjoni kritika.

Il-Gvernatur tal-istat John Kasich ikkonferma l-mewt ta’ persuna waħda, u ordna l-għeluq tal-attrazzjonijiet kollha sakemm isiru l-ispezzjonijiet tas-sigurta.

Qal ukoll li se tkun qed issir investigazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend