Tarbija ta’ sena ndarbet gravi wara li kienet passiġġiera f’vettura li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 fi triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħaż-Żabbar meta għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieq tal-vettura, raġel ta’ 20 sena, tat-tip Toyota IQ tilef il-kontroll tal-karozza bil-konsegwenza li kellu mpatt ma’ xarabank li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tifel ta’ sena, li kien passiġġier fl-istess vettura, l-Isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.