Raġel ta’ 71 sena l-ħabs wara abbuż fuq martu ispirat mill-pornografija – One News

Notifiki

Raġel ta’ 71 sena l-ħabs wara abbuż fuq martu ispirat mill-pornografija

Raġel ta’ 71 sena ntbagħat sena ħabs wara li nstab ħati ta’ abbuż sesswali, deskritt makabru, fuq martu ta’ 68 sena.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud u l-Ispettur Hubert Cini li avżah bil-quddiem li dan kien każ partikolari. Ir-raġel ipprova juża oġġetti fuq martu bħala mezz ta’ attività sesswali u hi ġriet barra mid-dar titlob l-għajnuna.

Fil-Qorti kien akkużat bi vjolenza u li beżża’ lil martu kif ukoll heddida. Jirriżulta li l-koppja kienu jsegwu l-pornografija flimkien u jidher li din mhix l-ewwel darba li r-raġel sforza x-xewqat tiegħu fuq martu.

Il-Maġistrat qal li l-vjolenza domestika m’għandiex età u tenna li jekk jaċċetta li jiġru dawn l-affarijiet ikun hu li suppost jispiċċa l-ħabs. Ir-raġel ammetta l-akkużi kontra tiegħu u ddefenda ruħu billi qal li għamel żball fi 42 sena żwieġ u tenna li dejjem kellu stima lejn il-mara tiegħu fejn qal li flusu huma flusha.

Ma tantx ħa pjaċir il-Maġistrat, li qallu li spiċċa ż-żmien fejn il-mara toqgħod fil-kċina u li r-raġel jużaha biex ittih gost.
Fuq kollox il-Maġistrat qal lill-anzjan li martu mhux oġġett u dak li jara fil-films m’għandux isir realtà.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend