Ftit tal-ħin ilu Maltija ta’ madwar 50 sena kellha bżonn l-assistenza waqt li kienet qed tgħum fl-akwati tal-pjazza ta’ Buġibba. Hi ttellgħet mill-baħar minn raġel li kien fl-inħawi.
L-ewwel assistenza medika ġiet ipprovduta minn membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar u kompliet tingħata l-kura minn ambulanza ta’ Mater Dei li waslet ftit tal-ħin wara.
Il-mara ġarrbet ġrieħi ħfief.