Il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, Ivan Bartolo se jkun qed jagħti donazzjoni ta’ kilwa.
Fi stqarrija l-Ispeaker Anġlu Farrugia, f’ismu u f’isem il-Membri Parlamentari kollha, jifraħ lill-Membru Parlamentari Ivan Bartolo għall-ġest nobbli u altruista li ddeċieda li jagħmel.
Filwaqt li jawguralu li l-intervent mediku jkun suċċess, l-Ispeaker Farrugia jixtieqlu fejqan u konvalexxenza ta’ malajr u kompleta li tippermettilu li jkompli jaqdi d-doveri tiegħu fil-Kamra tad-Deputati hekk kif il-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’ wara l-ferjat tas-Sajf.