Iċ-chairman tal-MTA dwar l-infurzar fuq il bajjiet – One News

Notifiki

Iċ-chairman tal-MTA dwar l-infurzar fuq il bajjiet

Is-Sibt filgħodu l-awtoritajiet ħadu passi bil-għan li l-operaturi fuq il-bajja tal-Armier ikunu konformi mal-permessi li għandhom u l-bajja ingħatat lill-pubbliku li għandu jkollu l-għażla jekk jagħmilx użu mill-faċilitajiet li jikru huma u jekk le m’għandux jispiċċa mingħajr post fuq il-bajja.

F’operazzjoni mill-Awtorità tat-Turiżmu u l-Awtorita tal-Artijiet tneħħew għexieren ta’ deckchairs u umbrelel minn fuq il-bajjiet tal-armier u little armier. Saħansitra fi stqarrija tal-Awtoritajiet qalu li tgħabbew mal-ħames trakkijiet t’umbrelel u deckchairs miġbura kienu qed jiksru r-regoli tal-permessi tal-bajjiet.

Ic-chairman tal-Awtoritá tat-Turiżmu, Gavin Gulia, spjega kif qabel  ittieħdet din l-azzjoni, l-operaturi tal-istabilimenti kienu mwissija kemm il-darba biex isegwu r-regoli u l-kundizzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend