Ann Fenech tirreaġixxi bl-aħrax favur Busuttil – One News

Notifiki

Ann Fenech tirreaġixxi bl-aħrax favur Busuttil

Il-President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista, Ann Fenech, irreaġixxiet bl-aħrax għal artiklu tal-kelliem tal-gvern li kkritika l-operat ta’ Simon Busuttil kemm ilu Kap tal-Oppożizzjoni.

F’Talking Point fit-Times of Malta, l-għada li Kurt Farrugia kiteb kif ħadd m’hu se jibki t-telfa ta’ Simon Busuttil, Ann Fenech kitbet li l-korruzzjoni għandha kelliem u bdiet il-litanija li l-Partit Nazzjonalista kellu qabel l-elezzjoni ġenerali.

Għax Farrugia kkritika l-operat ta’ Simon Busuttil, Ann Fenech kitbet li qed “jitkellem daqs li kieku l-poplu Malti xi speċi injoranta.”

Imbagħad minn hemm irħetilha tfaħħar lill-Kap tagħha, li fl-aħħar elezzjoni ġenerali wassal lill-Partit Nazzjonalista għal telfa enormi.

Qalet li Busuttil iddefenda l-prinċipji tal-onestà u l-integrità. Saħansitra kitbet li jrid l-ugwaljanza quddiem il-liġi u li ngħixu f’soċjetà ċivilizzata, daqslikieku dan mhux il-każ illum.

U filwaqt li qalet kemm hi kburija li tinsab ma’ Simon Busuttil qalet li se jkollna sorpriża kbira. Għax skont hi Busuttil m’għandux bżonn titli biex ikompli bil-kruċjata tiegħu u se jibqa’ jiġġieled kontra Kastilja.

B’hekk Ann Fenech ħadet biss ftit sigħat biex tirreaġixxi b’mod li sserraħ ras kulħadd li Simon Busuttil mhux se jisparixxi. Dan ftit tal-jiem wara li qal li se jżomm is-siġġu Parlamentari tiegħu.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend