Notifiki

“Illum inti kont l-eroj tagħna, il-Korp tal-Pulizija għandu jkun kburi bik”

“Illum ġejna salvati” – Dan kien kliem omm li meta kienet qed issuq il-karozza lura lejn id-dar tagħha flimkien ma’ binta ta’ seba’ xhur meta l-karozza tagħha waqfet ħabta u sabta f’żona perikoluża fil-Bypass tal-Imrieħel.

L-omm spjegat kif waqfitilha l-karozza f’żona perikoluża, hija spjegat il-paniku li kienet tinsab fih hekk kif il-pożizzjoni tal-karozza tagħha ma kinitix tippermetti li toħroġ flimkien mat-tarbija tagħha mill-karozza dan hekk kif hija waqfet f’nofs ta’ triq perikoluża.

Għalhekk l-omm kienet inkwetata ferm minħabba s-sħana li kien hemm fil-karozza u għalhekk fetħet it-twieqi kollha tal-karozza u neħħiet il-ħwejjeġ minn fuq it-tarbija tagħha.

L-omm spjegat li numru kbir ta’ karozzi u trakkijiet bdew jgħaddu viċin il-karozza tagħha u għalhekk kienet f’periklu kbir li tispiċċa vittma ta’ inċident stradali.

“Imbagħad ġie anġlu – Pulizija li kien għaddej fuq il-mutur tiegħu. Pulizija li offrieli l-għajnuna kollha li kelli bżonn hekk kif irnexxielu jressaq il-karozza f’żona inqas perikoluża,” kompliet tgħid l-omm.

Hija spjegat li kieku dan il-Pulizija ma waqafx u offra l-għajnuna tiegħu, flimkien ma binta setgħet tkun vittma ta’ inċident ikrah.

“Assigura li jiena u binti konna tajbin u tani istruzzjonijiet ta x’nagħmel biex it-tarbija tiegħu ma tkunx affettwata mis-sħana. Illum inti kont l-eroj tagħna, il-Korp tal-Pulizija għandu jkun kburi bik,” temmet tgħid l-omm fuq il-messaġġ li poġġiet fuq facebook.

Ma naqsux numru kbir ta’ kummenti fuq facebook ta’ tifħir għall-ħidma bla waqfien li jagħmlu l-membri tal-Pulizija f’pajjiżna, fil-fatt din ma kinitx l-ewwel storja li fiha l-uffiċjali tal-Pulizija salvaw il-ħajja taċ-ċittadini.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend