Delia: Le għal Franco Debono u kunfidenti li jsib min iċedilu siġġu – One News

Notifiki

Delia: Le għal Franco Debono u kunfidenti li jsib min iċedilu siġġu

Adrian Delia, kontestant għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, qal li mhux se jkun hemm post għall-eks deputat nazzjonalista Franco Debono f’Partit Nazzjonalista mmexxi minnu. “Franco Debono hu għażel li jitlaq,” qal Adrian Delia li żied li Franco Debono għandu ideat tajbin iżda ma jarahx fil-Partit  Nazzjonalista mmexxi minnu.

Meta għamel konferenza tal-aħbarijiet bit-tema “A New Way” Adrian Delia qal li hija “remota” ħafna l-possibbiltà li jitlef l-elezzjoni għal Kap u lill-ġurnalisti qalilhom li t-tama hi li d-darba li jmiss li jerġa’ jistedinhom jitkellem magħhom mid-Dar Ċentrali bħala Kap tal-Partit.   Hu għamel din id-dikjarazzjoni meta mistoqsi jekk jibqax involut fil-Partit Nazzjonalista jekk jitlef din l-elezzjoni.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet kien evażiv iżda indika li ma jaqbilx mal-mossa tal-Kap tal-Oppożizzjoni li reġa’ mar jagħmel rikors kontra Keith Schembri, chief of staff tal-Prim Ministru, u l-Ministru Konrad Mizzi. Adrian Delia qal li mhux il-Kap tal-Oppożizzjoni li għandu jiddeċiedi jekk hemmx fatti jew le jew jekk hemmx min għandu jmur il-ħabs jew le

“Legalment seta’ jsir hekk u proċeduralment mhuwiex ħażin, imma mhux normali f’pajjiż,” qal Delia li tenna li jekk ngħidu li hemm istituzzjonijiet li mhux iwettqu l-ħidma tagħhom tiddeċiedi l-Qorti Kostituzzjonali. Meta Ivan Camilleri, tat-Times of Malta, staqsa jekk dan sarx Delia qal li le għaliex il-Kap tal-Oppożizzjoni ma marx quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

Mitlub jgħid jekk għandux kelma ta’ deputat li jċedilu s-siġġu biex ikun Kap tal-Oppożizzjoni, Delia qal li kunfidenti li jkun hemm min jgħamel dak il-pass.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend